Il-Parlament Libjan bażat f’Tobruk, dak li għandu għarfien internazzjonali, it-Tnejn ivvota kontra l-Gvern ta’ għaqda nazzjonali li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet. Dan skont ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti bl-iskop li jġib l-għaqda u stabbiltà fil-Libja.
Il-vot qed jitqies bħala daqqa’ ta’ ħarta kbira għall-isforzi tan-Nazzjonijiet Uniti biex jintemm il-ġlied fil-Libja, pajjiż li hu maqsum bejn il-Gvern ta’ Tobruk u dak ta’ Tripli flimkien ma’ diversi gruppi armati li jikkontrollaw meded ta’ art, fosthom l-ISIS.
Fil-vot, mill-104 membru Parlamentari, 89 ivvutaw kontra l-Gvern. Il-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali Libjan, li għalissa hu bażat fit-Tuneżija, issa għandu għaxart ijiem biex jippreżenta Kabinett ġdid. Dan għaliex l-ilment ewlieni kien li kien fih wisq membri.
Il-Parlament ta’ Tobruk jivvota kontra l-Gvern ta’ għaqda nazzjonali
