Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Anthony Cachia Castelletti, Kunsillier Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Xbiex. Fi stqarrija, il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) sellem il-memorja ta’ Cachia Castelletti u ddeskrivieh bħala bniedem li ta servizz twil lil-lokalità tiegħu, fejn serva bħala Kunsillier Lokali sa mill-1993, għajr għal waqfien ta’ tliet snin.
Il-KKLPN fakkar li Anthony Cachia Castelletti kien sa mill-bidu nett wieħed mill-pijunieri tal-Kunsilli Lokali u dejjem għen biex dawn jibqgħu jissaħħu. L-istqarrija tkompli li l-komunità ta’ Ta’ Xbiex illum tilfet wieħed mill-aktar nies ħabbrieka u li taw servizz fil-komunità, fejn se jibqa’ mfakkar għas-sinċerità, l-onestà u l-imħabba li dejjem wera lejn ir-residenti ta’ Ta’ Xbiex.
Anthony Cachia Castelletti se jingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa li ġej, fis-2pm fil-Knisja Parrokjali ta’ Ta’ Xbiex.
//= $special ?>

