Kurżitajiet

Kit…l-isem tat-tielet tifel ta’ Wayne Rooney

Tard ilbieraħ bil-lejl, il-koppja Wayne u Coleen Rooney iċċelebraw it-twelid tat-tielet wild tagħhom. It-tifel semmewh Kit, u jiżen ftit aktar minn 8 libri.

L-attakkant ta’ Manchester United wassal l-aħbar tat-twelid permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.

Kit huwa t-tliet minn tliet subien. It-tnejn l-oħra jisimhom Kai, li twieled fl-2009 u Klay li twieled 3 snin ilu.