Lokali

Malta fl-ewwel semi-finali tal-Eurovision

Dalgħodu fi Stokkolma, Malta telgħet bil-polza biex tkanta fit-tieni nofs tal-ewwel semi-finali tal-Eurovision Song Contest, li se jsir fl-10 ta’ Mejju.

Fost il-pajjiżi li Malta se tkun qed tikkompeti kontra nsibu l-Kroazja, il-Fillandja, il-Greċja, il-Moldova, l-Armenja, l-Ungerija, l-Ażerbajġan, Ċipru, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, il-Montenegro, l-Iżlanda, ir-Russja, l-Olanda, San Marino u l-Awstrija.

Se jkun hemm żewġ semi-finali. It-tieni wahda se ssir il-Ħamis 12 ta’ Mejju. Minn kull semi-finali se jgħaddu 10 kanzunetti. Filwaqt li l-ħames pajjiżi l-kbar u l-pajjiż rebbieħ tas-sena l-oħra jkunu fis-serata finali awtomatikament; ir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, Franza u l-Iżvezja. L-26 kanzunetta se jikkompetu fil-finali tas-Sibt 14 ta’ Mejju.