Il-Gvern għadu fi skiet wara li għaddew kważi tliet snin ta’ din il-leġiżlatura, fuq is-suppost proġett kbir li wiegħed fil-programm elettorali għal Għawdex b’rabta ma’ yacht marina u Cruise Liner Terminal.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, ħarab milli jwieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Chris Said, li talbu jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi magħżul il-konsorzju li se jibni l-yacht marina u l-cruise liner terminal f’Għawdex; meta hu mistenni jibda x-xogħol u meta hu mistenni li dan il-proġett jibda jilqa’ fih l-ewwel yacht u l-ewwel cruise liner.
Fi tweġiba li ta bil-mitkub fil-Parlament, il-Ministru għal Għawdex ma wegibx għal dawn il-mistoqsijiet, u qal biss li l-proċess qiegħed quddiem il-Pivatisation Unit.
B’din ir-risposta, il-Ministru Refalo ma qal xejn ġdid, ma ta ebda dettalji u ma tkellimx dwar il-pjani tal-Gvern dwar meta se jwettaq din il-wegħda elettorali għal Għawdex.
Fin-nuqqas ta’ dawn ir-risposti u s-silenzju tal-Gvern, issa li resqin lejn l-aħħar sentejn ta’ din il-leġiżlatura, jikbru l-mistoqsijiet dwar xi jfsser dan is-skiet u fuq kollox, jekk dak li wiegħed kienx kollox fis-sħab mngħajr ebda viżjoni ta’ kif se jwettqu.
//= $special ?>