Internazzjonali

Terremot qawwi fil-Mediterran

Kmieni t-Tnejn filgħodu terremot li kellu l-qawwa ta’ 6.3 fuq l-Iskala Richter kien reġistrat fil-Mediterran. It-terremot seħħ fil-baħar bejn Spanja u l-Marokk

It-terremot seħħ 62 kilometru fit-Tramuntana mill-belt Marokkina ta’ Al Hoceima u 164 kilometru fix-Xlokk ta’ Ġibilta. Dan seħħ wara li fis-siegħat bikrin tat-Tnejn kien hemm terremot fl-istess zona ta’ 5.3 fuq l-Iskala Richter.

It-terremot inħass sew fin-Nofsinhar ta’ Spanja u l-Marokk fejn kienet rapportata xi ħsara iżda ebda vittmi.