Bl-iskop li jkun enfasizzat il-bżonn ta’ konservazzjoni tal-ilma b’kuxjenza lejn il-proxxmu u l-ġenerazzjonijiet futuri, għaddejja il-kampanja “Catch the Drop”, li qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Bank HSBC.
Fl-Iskola Sekonadrja tal-Bniet li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju, saret attività li attendiet għaliha x-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia. Din l-Iskola ġiet mibnija apposta biex tipprattika dan il-prinċipju, tant li fl-Iskola saru żewġ ‘reservoirs’ li jiġbru l-ilma tax-xita.
Bħala parti minn din il-kampanja, li ilha għaddejja għal kważi sena u nofs, sar irkant ta’ pitturi minn studenti, bil-flus imorru għall-Malta Community Chest Fund.
Therese Comodini Cachia qalet li din l-inizjattiva hi mod tajjeb kif tista’ tuża’ l-għodda edukattiva għal għan tajjeb. Saħqet fuq kemm l-Iskola llum tipprovdi ambjent sabiħ għall-istudenti b’faċilitajiet tal-ogħla livelli.
Ix-Shadow Minister faħħret id-dedikazzjoni tal-għalliema u l-amministraturi, li b’tant għożża u passjoni jaħdmu biex l-istudenti jirnexxu mhux biss fl-istudji tagħhom, iżda wkoll fil-ħajja fil-komunità.
//= $special ?>

