BLOGS Lokali

It-Triq ‘il Quddiem

Għaddejjin minn esperjenza ta’ leġislatura fl-oppożizzjoni b’opportunita’ li l-Amministrazzjoni kollha tal-Partit Nazzjonalista terġa’ tinbena mill-ġdid u tieħu trasformazzjoni f’waħda effettiva. Realistika biżżejjed li ‘Iva’ hemm differenza fin-numru pero’ jiena naf bħalma intom illum qed tagħrfu li hemm oppożizzjoni serja, miftuħa u kredibbli.

U għax nemmen li l-Oppożizzjoni qed tmexxi fuq il-pass li jmiss; irrid nelenka għala l-poimage izzjoni attwali tal-Partit tagħna hi kruċjali f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Insejjaħ dan il-perjodu bħala ta’ tranżizzjoni għaliex il-preżenza tal-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni nnifisha tipprevjeni lill-Gvern ta’ Muscat milli jkompli juża’ ħażin is-setgħa tiegħu, filwaqt li mill-Oppożizzjoni jkompli jwettaq l-aħjar proposti sabiex ikunu jistgħu jippruvaw ruħhom aħjar mill-Gvern innifsu. Mingħajr partit fl-Oppożizzjoni, il-partit fil-gvern jkollu inqas ċans ta’ prestazzjoni aħjar minħabba inqas kompetittivita’. Minħabba l-partit tal-oppożizzjoni, iċ-ċittadini jkunu dejjem aġġornati fuq in-nuqqas ta’ tmexxija retta li jmexxi biha l-Gvern Laburista allura l-preżenza tal-Partit Nazzjonalista tassigura li kull ċittadin huwa provdut ġustizzja dejjiema. Intenni li l-Oppożizzjoni żżomm kontinwament taħt skrutinju l-Gvern ta’ Muscat.

Il-Partit Nazzjonalista jagħti vuċi differenti minn dak li jrid jiddomina l-Gvern, ma jħalli xejn għaddej u din hi l-fażi l-ġdida. Partit bi ħruġ ta’ proposti konkreti fejn in-nies jifhmu li jridu jħarsu lejn il-Partit Nazzjonalista għax kapaċi juri li hu Gvern Alternattiv. Naqbel mal-kelmtejn li l-Amerikana Monica Crowley (kummentatriċi politika konservattiva) saħqet li ‘Ugwaljanza vera tfisser iż-żamma responsabbli ta’ kulħadd bl-istess mo , irrispettivament mir-razza, sess, fidi, etniċità – jew ideoloġija politika’ – dan hu li se jkompli jikkommetti ruħu għalih il-PN. Impenn u fiduċja huma l-virtu’ ta’ kollox flimkien ma’ ħidma kollettiva mal-poplu Malti u Għawdxi.

Id-diversi skandli li jseħħu mhumiex aċċettabbli iżda jħammġu lilna lkoll avolja iwettaqhom ħaddieħor – il-Gvern Laburista. Minħabba li Gvern Laburista qiegħed itappan sew il-viżiv tal-mod kif il-politika qed tiżvolġi f’pajjiżna – mhuwiex imexxi b’eżempju u b’ekwita’ – huwa fid-dmir tal-Partit Nazzjonalista u sta għalija ukoll li bħala kandidata naħdem sabiex niksbu l-hekk imsejħa fiduċja tan-nies fil-politika u fil-politiċi nfushom. Jiġi minni issa li nkompli nwettaq dmiri biex flimkien mal-Partit Nazzjonalista naqtgħu linja mill-politika xellerata u nibnu Fiduċja Ġdida mill-ġdid fil-politika u li tistrieħ fuqha.

Inqis lili nnifsi bħala persuna talment realista u responsabbli fit-twettiq tal-obbligi tiegħi. Li tkun responsabbli fl-azzjonijiet tiegħek issarraf f’kapaċita’ li taqta’ linja fuq inkorrettezzi u aġir illi ma hux loku. L-onesta’ fil-politika tmur lil hemm min-numru ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, frodi, inkompetenza fit-tmexxija tal-pajjiż, irregolaritajiet, konflitt ta’ interess, nepotiżmu, klijenteliżmu u diskriminazzjoni. Fil-qofol ta’ dan kollu hemm nies imlaħħqa minn tal-qalba biex warrbu min-nofs lil dawk kompetenti u b’ħiliet f’xogħolhom.

Fl-ewwel diskors tiegħi bħala Kandidata Għawdxija għall-Elezzjoni Ġenerali tul il-festi tal-Indipendenza 2015, tennejt biċ-ċar li nemmen fil-Politika tan-nies u man-nies. Il-politika hija l-vuċi tal-poplu, tal-ħajja kwotidjana. Iċ-ċittadin mhuwiex meqjus ‘żgħir’ iżda jħaddan setgħa li jiddetermina fis-silenzju tal-vot tiegħu u jagħti b’self il-pożizzjoni tiegħi bħala rappreżentanta tagħhom fil-politika. Sa issa nasal li nagħti l-għajnuna lis-soċjetà ċivili għax nemmen f’demokrazija ġusta fejn l-imġieba etika, rispett għar-regola tal-liġi, l-komunikazzjoni għandhom jibqgħu l-kmandament tal-jum u dejjiema mħarsa.

Din hija l-politika li qed iwasslilna l-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Dr. Simon Busuttil – għandna partit ħaj, impenjat għas servizz tal-poplu Malti u Għawdxi u partit attiv. Inħeġġiġkom tkunu proattivi u tifhmu li l-politika mwassla mill-Partit taghna mhix waħda populista iżda inklussiva.

Dan l-artiklu deher fil-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd, 24 ta’ Jannar 2016.
Maria Portelli hi Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-13-il Distrett (Għawdex) – mariaportelli.pn@gmail.com