L-Air Malta għadha kif nediet roħs promozzjonali fuq titjiriet mgħażula li jibdew minn 44 euro f’direzzjoni waħda, inklużi t-taxxi u tariffi oħra. Qed jiġu offruti aktar minn 20,000 post fuq 19 destinazzjoni għal vjaġġi bejn il-1 ta’ April u t-31 ta’ Ottubru 2016.
Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru huma fuq titjiriet lejn u minn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Düsseldorf, Frankfurt, Londra, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Ruma, Vjenna u Zurich.
Ir-roħs huwa miftuħ għal 72 siegħa biss u se jibdew min-nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar fis-7:00 ta’ filgħodu sas-Sibt 30 ta’ Jannar sas-6:59 ta’ filgħodu. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit elettroniku tal-Air Malta www.airmalta.com, miċ-ċentru tat-telefonati fuq +356 21662211 u l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
//= $special ?>

