Anzjana weġġgħet wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja qrib il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana.
L-inċident seħħ hekk kif l-anzjana kienet qed issuq is-siġġu tar-roti mekkanizzat minn taħt il-bankina tal-Monument.
Sfortunatament, ix-xufier tal-karozza tal-linja, li kienet għadha kif ħarġet minn Putirjal, ma ndunax bl-anzjana. Konsegwenza ta’ dan, hi ntlaqtet mill-ġenb tal-vettura.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħatat il-kura fil-post, l-anzjana ttieħdet l-Isptar għal aktar kura.
Għalkemm il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa, NETnews.com.mt jinsab infurmat li fortunatament l-anzjana ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha.
Sadanittant, fi stqarrija, il-kumpanija Malta Public Transport qalet li qed tgħin lill-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet dwar il-każ.
//= $special ?>
