Lokali Parlament

Appell lill-Gvern biex flimkien mal-Oppożizzjoni jiġu indirizzati l-problemi marbuta ma’ kawżi ta’ wirt

Ritratt mill-Arkivji

L-Oppożizzjoni appellat lill-Gvern li flimkien mal-Oppożizzjoni ssir ħidma fil-Parlament f’Kumitat jew Kummissjoni biex flimkien ma’ esperti dwar id-dritt ċivili jiġu indirizzati l-probelmi u l-isfidi marbuta mal-wirt fit-tħaddim u fil-proċeduri tal-Istitut tal-Wirt biex tiġi faċiliitata l-ħajja tan-nies ta’ dawk li jkunu f’diżgwid dwar wirt fuq proprjetà.

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi għamel dan l-appell filwaqt li ddikjara li l-Oppożizzjoni hi favur l-emendi mressqa mill-Gvern biex jitqassar iż-żmien li fih proprjetà b’wirt tkun tista’ tinbiegħ jekk il-maġġoranza tal-ko-werrieta jkunu favur il-bejgġġ tal-proprjetà anke jekk ikun hemm minoranza mhix qed taqbel.

Ix-Shadow Minister qal li l-fatt li l-Oppożizzjoni qed tabqel mal-emenda li qed iressaq il-Gvern, ma jfissirx li m’għandhiex preokkupazzjoni u tħassib, kif diġà esprima fid-dibattitu Carm Mifsud Bonnici.

Fakkar lii Gvern Nazzjonalista kien għamilha katar faċli biex koeredi jsiru sidien ta’ proprjetà minn wirt, u sejjaħ din l-emenda tal-lum li qed issir b’mod ukoll ġenwin biex tiffaċilità sitwazzjonijiet ta’ wirt fuq proprjetà.

Wissa iżda, li din l-emenda waħedha mhix se ssolvi l-problema ta’ 41,000 proprjetà vojta fil-pajjiż, u hu għalhekk meħtieġ li ssir ħidma bejn Gvern u Oppożizzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-probelmi.

Id-Deputat Nazzjonalista Tony Abela appella lill-Gvern li ż-żmien ikun ta’ ħames snin jew sitta, u mhux ta’ tliet snin ħ mill-esperjenza fil-professjoni ta’ Nutar, fi tliet snin ikun għad hemm problemi kemm ta’ proċeduri li ma jkunux għadhom tlestew, kif ukoll problemi oħrajn relatati ma’ diżgwiid bejn familjari b’rabta mal-wirt tal-proprjetà.

Tony Abela spjega wkoll li aktar żmien ikun qed jingħata aktar ċans lil werrieta li f’dak il-mument li jirtu ma jkunux f’qagħda finanzjarja li jistgħu jakkwistaw il-proprjetà, iżda li jkunu lesti li jixtru huma l-proprjetà jekk jingħataw aktar żmien. Saħaq li ħames snin jew sitta hu żmien raġjonevoli.

Il-Ministru Owen Bonnici li ressaq l-emenda biex mill-1 ta’ April li ġej proprjetà minn wirt tkun tista’ tinbiegħ wara tliet snin, ma qabilx li ż-żmien ikun itwal, u saħaq li dan hu pass biex parti mill-41,000 proprjetà vojta terġa’ tidħol fis-suq. Dan iwassal biex tonqos il-pressjoni fuq bini fuq art li għadha mhix mibnija u hi miżura favur l-ambjent.