Lokali

Charlon Gouder: minn Segretarju Privat għal Konsunent … u żieda ta’ €7,000

Charlon Gouder spiċċa minn Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera u ħa l-pożizzjoni ta’ Konsulent. Skont The Times, l-eks ġurnalist tal-media Laburista issa qed idaħħal €7,000 aktar.

Charlon Gouder ilu Konsulent mill-1 ta’ Settembru, għalkemm kelliem għas-Segretarju Parlamentari Herrera ma riedx jgħid x’konsulenza qed tingħata minn Gouder.

Din il-ġimgħa, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami saqsa lill-Ministru Chris Cardona biex jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju ġdid li għandu Gouder. Il-Ministru kkonferma li issa Gouder ħa l-pożizzjoni ta’ Konsulent ma’ Jose’ Herrera, għalkemm ma tax aktar dettalji.

Skont l-iskali taċ-Ċivil, qabel, Charlon Gouder kellu paga ta’ madwar €29,000 għax-xogħol ta’ Segretarju Privat.

Bħala Konsulent, issa jinsab fi Skala 3 taċ-Ċivil b’paga ta’ €36,000. Barra minhekk, Gouder hu intitolat għal allowance ta’ €4,600 għall-karozza, kif ukoll allowance ta’ €815 kull sena għall-mobile.