Lokali

Filmat: Ftit xhur wara li fetħet il-Coast Road diġa’ saret korsa tat-tlielaq

Ftit xhur biss wara l-inawgurazzjoni ta’ proġett li beda fl-2013, Triq il-Kosta, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala l-Coast Road, diġa’ saret korsa tat-tlielaq tal-karozzi.

Fl-aħħar jiem kienu diversi persuni, kemm residenti tal-inħawi kif ukoll sewwieqa, li tkellmu ma’ dan l-istazzjon dwar karozzi sportivi jtellqu matul din it-triq b’periklu għal sewwieqa oħra u storbju kontinwu għar-residenti.

Inċidentalment fl-aħħar jiem beda jdur fuq Facebook ukoll filmat li jipprova dan, fejn żewġ karozzi jidhru għaddejjin sparati wara xulxin minn ħdejn karozzi oħra u jnaqqsu l-veloċita’ qabel jaslu f’kantuniera.