Lokali Parlament

FILMAT : Ian Borg jinsa dak li ried jgħid meta pprova jwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-Parlament

Waqt li Ian Borg pprova jwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-Parlament, nesa dak li ried jgħid meta kien qiegħed jagħmel tentattiv biex jiddefendi dak li hu indifensibbli b’rabta mar-rapport ta’ kundanna tal-Ombudsman fuq każ ta’ ħruġ ta’ permess mill-MEPA għal żvilupp f’Wied Santa Katerina fir-Rabat.

Is-Segretarju Parlamenatri Ian Borg prova jiddefendi lilu nnifsu u intervjena fid-diskors li kien qiegħed jagħmel fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta elenka l-lista ta’ skandli li qed inawru l-governanza ta’ dan il-Gvern.

 

Meta pprova jiddefendi llu nnifsu quddiem il-fatti kif dikjarati mill-Uffiċċju tal-Ombudsman u li magħhom qablet ukoll il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg nesa punt milli ried jgħid.

Quddiem it-tlaqliq tas-Segretarju Parlamentari, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil saħaq li l-fatti jibqgħu fatti.

Ikkummenta