Internazzjonali

Aġġornata: Ma jidhrux provi ta’ sparatura ġo ċentru mediku fl-Istati Uniti

Fl-Istati Uniti kien hemm rapporti li seħħet sparatura ġo ċentru tas-saħħa fl-inħawi ta’ San Diego f’Kalifornja. Il-pulizija marru minnufih fuq il-post u wara kelliema qalu li ma’ kien hemm l-ebda provi konkreti li l-isparatura seħħet tabilħaqq. Filfatt il-pulizija mexxew tfittxija bil-klieb imħarrġa fis-sezzjonijiet taċ-ċentru fejn ma sabu xejn alarmanti.

Aktar qabel messaġġi fuq il-paġna ta’ facebook irreferew għal sitwazzjoni ta’ periklu “attiv” fl-inħawi fost referenzi għal persuna armata ddur mal-inħawi.

In-nies kienu avżati biex jaħarbu miz-zona jew isibu post fejn jistaħbew.