It-triq li minn Ħ’Attard tagħti għaż-żona tas-Saqqajja bħalissa tinsab imblukkata wara li siġra nqalgħet minn postha.
Mhux magħruf x’wassal biex inqalgħet is-siġra, hekk kif ma kien rappurtat l-ebda inċident tat-traffiku f’din it-triq.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Madankollu, il-Pulizija qed titlob għall-kawtela minħabba konġestjoni tat-traffiku li kien ikkawżat sakemm is-siġra titneħħa minn nofs it-triq.
//= $special ?>

