L-eks Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Joe Galea, magħruf bħala “Ta’ Randu tal-Imġarr” u li miet is-Sibt li għadda fl-Isptar Mater Dei fl-età ta’ 70 sena, se jingħata l-Aħħar Tislima llum wara nofsinhar fil-Knisja Parrokkjali Santa Marija tal-Imġarr.
Maħbub ħafna f’raħal twelidu, Joe jiġi iben Randu Galea, eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista fis-snin sittin. Joe kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali tal-1976, tal-1981 u tal-1987, filwaqt li serva wkoll għal snin twal bħala President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fl-Imġarr u kien strumentali biex il-Partit ikollu l-Każin tiegħu f’din il-lokalità. Hu kien Direttur tal-kumpanija Galea Autoparts ta’ Birkirkara.
Joe Galea hu missier ta’ tifel u hu miżżewweġ lil Doris.
//= $special ?>

