Il-Papa Franġisku ltaqa’, f’Ruma, mal-President Iranjan Hassan Rouhani waqt li ħeġġeġ biex l-Iran jixpruna soluzzjonijiet politiċi għal-Lvant Nofsani.
Il-Kap tal-Kattoliċi, waqt l-udjenza privata, sostna li l-Iran għandu juża r-rwol importanti tiegħu fir-reġjun biex jippromovi politika li tista’ twaqqaf it-terroriżmu u t-traffikar tal-armi.
Rouhani qed jagħmel l-ewwel żjara fl-Ewropa minn Mexxej Iranjan għal kważi 20 sena, fejn kellu diġà laqgħat mal-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi.
Il-President tal-Iran, illum jivvjaġġa lejn Pariġi għal taħditiet mal-President Franċiż, Francois Hollande.
//= $special ?>