Il-ħtieġa ta’ aktar manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei qed tinħass ma’ kull jum li jgħaddi. U ma’ dan, qed tiddomina t-traskuraġni fi sptar pubbliku li jintuża’ minn eluf ta’ persuni kuljum.
Ritratt li rċieva NETnews.com.mt juri l-aħħar minn sensiela ta’ sitwazzjonijiet imbarazzanti sforz it-traskuraġni li qed tiddomina l-Isptar Mater Dei.
F’dan il-każ, irriżultaw xi ħsarat f’serpentina ta’ sink, b’evidenza ċara ta’ traskuraġni. Madankollu, jidher li l-aħjar soluzzjoni li nstabet ma kinitx li titranġa s-serpentina … imma li titwaħħal ħarqa tal-adulti.
Il-persuna li bagħtet ir-ritratt spjegat li kienu diversi dawk li nnutaw dan il-fatt u kien evidenti d-daħq dwar din is-sitwazzjoni antipatka.
//= $special ?>