Internazzjonali

Pariġi: Xufiera tat-taxi involuti fi protesti u inċidenti

Sewwieqa tat-taxi, fl-aħħar sigħat, imblukkaw triq prinċipali ta’ Pariġi, il-kapitali ta’ Franza, bi protesta dwar il-kompetituri li m’għandhomx liċenzja biex jaħdmu f’dan il-qasam tat-trasport.

Dawn is-sewwieqa ssieħbu fi strajk tal-ħaddiema tas-settur pubbliku madwar il-pajjiż fejn miljuni ta’ għalliema, ħaddiema tas-saħħa u kontrolluri tat-traffiku tal-ajru pprotestaw dwar riformi tax-xogħol.

Numru ta’ xufiera tat-taxi kienu arrestati għal vjolenza u talli nqabdu qed iġorru l-armi. Uħud mix-xufiera qabbdu n-nirien fi triq prinċipali tal-kapitali, li aktar tard kienu kkontrollati mill-iskwadri għall-emerġenza.

Fost id-diversi xeni ta’ kaos, spikkaw it-taxis wieqfa fit-triq, bl-iskop li jostakolaw l-aċċess għall-istazzjon ta’ Porte Maillot, lejn il-Punent ta’ Pariġi