F’Novembru li għadda l-lukandi u stabbilimenti simili kellhom żieda ta’ 3.3% fit-turisti u ta’ 5.3% fl-iljieli li qattgħu t-turisti meta mqabbel ma’ Novembru tal-2014.
L-NSO ppubblika statistika li turi li matul Novembru kien hemm 103,251 turist li qattgħu 567,873 fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva f’Malta. Kull kategorija ta’ akkmodazzjoni rat żieda fin-numru totali ta’ ljieli, b’iktar minn nofs l-iljieli tat-turisti f’Malta jkunu f’lukandi ta’ 4 stilel.
L-NSO qal ukoll li żdied it-tul taż-żjara medja f’Malta, minn 5.4 lejl f’Novembru tal-2014 għal 5.5 lejl f’Novembru li għadda. Naqas b’1.8% l-użu perċentwali ta’ kemm intużaw sodod f’dan ix-xahar.
L-NSO ppubblika wkoll l-istatistika għall-ewwel ħdax-il xahar tas-sena li juru li bejn Jannar u Novembru kien hemm 1.5 miljun turist li qagħad f’akkomodazzjoni kollettiva, li hi 2.1% iktar mill-istess perjodu fl-2014. L-iljieli totali żdiedu b’1.8% għal kważi 8.5 miljun u l-użu tas-sodod tela’ b’1.3% għal 65.7%.
//= $special ?>

