Futbol Sport

SKANDLU ĠDID FIL-FUTBOL TALJAN: Investigati “il-kbar” tas-Serie A

Dalgħodu l-Pulizija fl-Italja tat bidu għal investigazzjoni relatata ma’ evażjoni ta’ taxxa u frodi minn diriġenti ta’ klabbs Taljani kif ukoll plejers tar-Serie A u s-Serie B. Fost l-ismijiet li qed jissemmew hemm Adriano Galliani tal-Milan, Aurelio De Laurentis, il-President tal-Lazio Lotito, u l-eks President tal-Juventus Jean Claude Blanc.

B’kollox hemm 64 persuna li qed jiġu investigati. Fosthom, l-attakkant Lavezzi u l-eks ta’ Lazio Hernan Crespo.