Malta Public Transport fi stqarrija qalet li sabiex tkompli temenda s-servizz offrut, il-Malta Public Transport se tkun qed tospita serje ta’ laqgħat għall-persuni li jużaw it-trasport pubbliku. Dan ser isir wara numru kbir ta’ ilmenti f’dawn l-aħħar ġimgħat rigward it-Transport Pubbliku.
Matul il-ġimgħat li ġejjin, il-Malta Public Transport qalet li se tħabbar aktar miżuri li jibnu fuq din l-inizjattiva u jaħdmu biex isaħħu l-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-kumpanija u l-pubbliku. Dan jinkludi t-tiġdid tal-website u l-introduzzjoni ta’ app għall-mobile.
Dawk kollha li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku huma mistiedna sabiex jattendu.
L-ewwel laqgħa se ssir nhar il-18 ta’ Frar. Dawk interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw billi jibagħtu email fuq usergroup@publictransport.com.mt.
//= $special ?>