Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid sofra feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn vettura tat-tip Nissan Sunny, misjuqa minn raġel ta’ 51 sena mill-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Nazzjonali fi Blata l-Bajda.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħata l-kura fil-post, iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar għal aktar kura.
Hemm, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi kawża ta’ xi ksur li ġarrab.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>
