Qorti

Il-Qorti tilqa’ talba biex ammissjoni lill-Pulizija tiġi rtirata

Il-Qorti laqgħet it-talba minn persuna misjuba ħatja ta’ reat biex l-ammissjoni tiegħu lill-Pulizija tiġi rtirata u rreferiet il-każ tiegħu lill-Qorti Kostituzzjonali biex jiġi mistħarreġ dwar ksur ta’ drittijiet tal-binedem.

L-avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta ppreżentaw talba f’isem Mario Borg, li iktar kmieni dan ix-xahar ingħata raġun mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li saħqet li r-raġel kellu dritt għal assistenza legali qabel ma kien interrogat mill-Pulizija fl-2008 minkejja li l-liġi li tagħti dan id-dritt iddaħħlet f’Malta fl-2010.

Il-Qorti għalhekk laqgħet it-talba li l-ammissjoni li kien għamel Borg dak iż-żmien tiġi rtirata. Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tad-Difiża, li tagħmel referenza Kostituzzjonali fid-dawl tal-każ ta’ Mario Borg kontra Malta.