Il-Ministru għal Għawdex lanqas ma’ dan il-park m’għandu x’jaqsam… il-Miżbla f’Tal-Qorti għalqet seba’ snin ilu u kienet diġà bdiet tiġi riabilitata taħt l-aħħar gvern Nazzjonalista
Wara li Gvern Nazzjonalista għalaq waħda mill-akbar ġerħiet ambjentali f’ Għawdex – il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra – taħt dan il-Gvern Laburista llum ix-xogħol biex dan is-sit jinbidel f’park għall-familja jidher li waqaf.
F’dan il-post kien beda x-xogħol biex jġi riabilitat is-sit, u kien sar ukoll ħafna xogħol biex jiġi konvertit f’park tal-familja. Iżda wara li nbidel il-Gvern, ix-xogħol fuq il-park waqaf.
L-apatija ta’ dan il-Gvern Laburista biex dan ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni tas-sit biex jiġi żviluppat f’park tal-familja, toħroġ minn tweġiba xotta u bla ebda informazzjoni li ta l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, dan l-aħħar fil-Parlament.
Ix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, staqsa lill-Ministru Refalo jgħid għaliex ix-xogħol biex dik li kienet il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex tiġi konvertità f’park tal-familja, ma tkompliex.
Wara li din il-miżbla ilha aktar minn seba’ snin li ngħalqet, ix-Shadow Minister Chris Said staqsa wkoll meta hu maħsub li jitkompla dan ix-xogħol.
It-tweġiba li ngħatat bil-miktub turi b’sorpriża, li l-Ministru għal Għawdex lanqas ma dan il-park m’għandu x’ jaqsam. Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Refalo talab lix-Shadow Minister jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkoncernat.
//= $special ?>