Internazzjonali

Id-dinja tfakkar il-71 anniversarju mil-liberazzjoni tal-priġunieri minn Auschwitz

Illum id-dinja qed tfakkar il-71 anniversarju mil-liberazzjoni tal-priġunieri li kienu miżmuma fil-Kamp ta’ Konċentrament ta’ Auschwitz.

Aktar minn miljun persuna, il-maġġoranza tagħhom Lhud, kienu nqatlu f’Auschwitz bejn l-1940 u l-1945. Vittmi oħrajn inkludew żingari, persuni b’diżabbiltà, Pollakki u priġunieri Sovjetiċi.

Il-Kamp ta’ Konċentrament kien liberat fis-27 ta’ Jannar 1945 u fl-1947 kien infetaħ bħala Mużew.

Dan il-jum hu magħruf bħala l-Jum Internazzjonali dwar it-Tifkira tal-Olokawst.