Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-MZPN, Dr Mark Grech kien elett President ġdid tal-MZPN. Fl-ewwel diskors tiegħu bħala President, Grech saħaq li jħoss li wasal iż-żmien li ż-żgħażagħ jerġgħu jkunu huma l-awturi ta’ politika ġdida.
Il-Kumitat il-ġdid tal-MŻPN hu kompost ukoll minn Nicky Azzopardi bħala Viċi President u Joseph Grech bħala Segretarju Ġenerali. Aktar minn nofs il-membri tal-Eżekuttiv il-ġdid huma ġodda u kkontestaw għall-ewwel darba. Il-mandat tal-Eżekuttiv il-ġdid se jwassal sal-elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>

