Lokali

Ryanair se tibda topera titjiriet lejn Brussell u Toulouse

Il-linja tal-ajru ‘low cost’ Ryanair ħabbret li se tibda topera titjiriet minn Malta lejn Brussell. It-titjiriet se jidew isiru darba f’ġimgħa, bi prezzijiet li jibdew minn kważi €25.

Apparti minn hekk, il-linja tal-ajru ħabbret ukoll li se tibda topera żewġ vjaġġi fil-ġimgħa lejn Toulouse fi Franza.

Biex tiċċelebra l-introduzzjoni ta’ dawn it-titjiriet, il-kumpanija ħabbret li qed toffri biljetti b’€24.99 għal min isiefer sal-15 ta’ Diċembru. Il-biljetti, madanakollu, iridu jinqatgħu sa’ nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar.

Dawn it-titjiriet ġodda tħabbru fl-isfond ta’ proġetti li Ryanair diġa ħabbret li se twettaq bil-għan li ttejjeb il-prodott tagħha. Fost dawn hemm tibdil fid-disinn minn ġewwa tal-ajruplani, uniformijiet ġodda għall-membri tal-ekwipaġġ u aktar rotot ġodda.