Fi stqarrija Transport Malta qalet li skopriet ħsarat estensivi fis-sistema li tiġbor l-ilma tal-maltemp fiż-żona ta’ T’Alla u Ommu. L-Awtorita’ bdiet bil-manutenzjoni tas-sistema jiem ilu. Waqt ix-xogħlijiet instab li parti kritika mis-sistema, li tinsab taħt it-triq, ikkollassat kompletament.
Transport Malta se tgħaddi pajpijiet ġodda u se tibni parti mis-sistema mill-ġdid. Ix-xogħlijiet, għaldaqstant, se jieħdu iżjed żmien milli kien imħabbar oriġinarjament. It-Telgħa T’Alla u Ommu se tibqa’ magħluqa sa nhar il-Ħamis 4 ta’ Frar 2016.
Transport Malta qalet li waqt li t-triq tkun magħluqa, il-karozzi se jgħaddu minn Triq Burmarrad u minn Triq il-Kosta.
//= $special ?>


