Internazzjonali

Arrestat raġel armat f’Disneyland ta’ Pariġi

L-istampa fi Franza għadha kemm irrappurtat li l-pulizija f’Pariġi arrestaw raġel li nqabad fil-pussess ta’ żewġ armi tan-nar, waqt li kien fid-daħla għal lukanda fiz-zona ta’ Disneyland.

Ir-raġel, li għandu 28 sena, mhux magħruf mas-servizzi tas-sigurtà u ma offra l-ebda reżistenza waqt l-arrest. Sorsi qrib il-pulizija qalu li r-raġel, li nqabad waqt eżerċizzju tas-sigurtà, kellu fuqu kopja tal-Koran, iżda ma ngħatawx aktar dettalji.

Franza għadha fi stat ta’ emerġenza wara l-attakki terroristiċi ta’ Novembru mill-ISIS f’Pariġi li ħallew għexieren ta’ mejtin u midruba f’diversi kwartieri tal-kapitali.