Il-Ministru Ġappuniż ġħall-Ekonomija, Akira Amari, ħabbar ir-riżenja tiegħu fost allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Amari ħareġ bl-aħbar sorpriża waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Tokjo, minkejja li ċaħad li kien ixxaħħam minn kuntratturi tal-bini, bħalma qed jallega ġurnal influwenti fil-Ġappun.
Amari, li għandu 66 sena, irriżenja wara li rivista Ġappuniża pubblikat storja li Amari u l-ajjutanti tiegħu ngħataw flus u rigali minn kumpannija tal-bini. Amari qal li filwaqt li hu kien iddikjara l-flus li ngħata, lil ajjutanti tiegħu m’għamlux hekk. Infatti s-segretarju tiegħu ammetta li ħa l-flus imma Amari żied li xorta r-responsabbilta kienet tiegħu bħala Ministru u għalhekk kien se jirriżenja.
Amari hu r-raba’ Ministru mill-Kabinett ta’ Abe li rriżneja imma tiegħu hi l-aktar waħda signifikanti.
L-iżvilupp jitqies bħala daqqa ta’ ħarta sinjifikanti għall-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe. Dan għaliex Amari, li ilu inkarigat mill-politika ekonomika u fiskali mill-aħħar xhur tal-2012, kien magħruf bħala wieħed mill-aktar Ministri u membri parlamentari fdati ta’ Abe.
//= $special ?>