Il-programm Newsdesk tal-lum ippreżentat mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se jiddiskuti l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-anzjani.
Il-mistiedna se tkun Ix-Shadow Minister għall-politika soċjali Paula Mifsud Bonnici.
Ilbieraħ fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista ikkundanna l-ingann tal-Prim Ministru Joseph Muscat li qed jigdeb lill-anzjani ta’ pajjiżna biex mingħalih jiskorja xi punti politiċi. Hija gidba mill-bidu sal-aħħar li l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna qed jiżdiedu għall-ewwel darba. Il-Partit Nazzjonalista fakkar ukoll, għaliex jidher li Muscat jew nesa’ jew konvenjentament qed jiprova jnessi, li fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Gvern Nazzjonalista għolla wkoll ż-żieda ta’ kull anzjan u anzjana biż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa, nkluż għal dawk li jirċievu l-pensjoni minima.
NEWSDESK: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.
Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.
//= $special ?>