L-inkjesta dwar l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina li seħħ nhar il-Ħadd 4 t’ Ottubru, ġiet konkluża mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, iżda l-inkjesta s’issa ma ġietx ippubblikata.
Fl-inċident li hu meqjus bħala l-agħar wieħed tal-massa, fih weġġgħu 28 ruħ, fosthom 4 li kienu fil-periklu tal-mewt minħabba ġrieħi gravi li sofrew.
Mill-inkjesta rrid joħroġ jekk sarx risk assessment qabel u jekk sar, l-organizzaturi mxewx ma’ dak rakkomandat u jekk dawk li ndarbu humiex intitolati għal xi forma ta’ kumpens; fost mistoqsijiet oħrajn.
L-Inkjesta Maġisterjali kienet immexija mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.
//= $special ?>