Lokali Newsdesk

Ann Fenech waqt Newsdesk fuq Radio 101

Id-diskussjoni tal-lum waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar numru ta’ temi politiċi attwali. Il-President tal-Eżekuttiv, Ann Fenech, se tkun qed twieġeb għad-domandi tas-semmiegħa.

Fost oħrajn se jiġi diskuss l-iskandlu Gaffarena u Kastilja, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali u s-serq mill-prezzijiet għolja tal-petrol u diesel.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.