Dawk kollha li jsegwu l-futbol lokali żgur li jiftakru lil Chucks Nwoko jilgħab. Dan kien wieħed mill-ewwel plejers Niġerjani li ġew jilgħabu f’pajjiżna u eventwalment spiċċa biex liebes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Illum Nwoko għandu 37 u rtira mill-futboll ta’ 31 sena.
F’Replay Preview tal-lejla, li jibda fid-9pm fuq Net Television, Christian Micallef se jkun qed jintervista lil dan l-eks plejer, hekk kif ħafna huma tal-fehma li dan hu wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa Niġerjani li qatt lagħabu f’pajjiżna.
Segwi silta minn din l-intervista tal-lejla:
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>