Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa għamel preżentazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) dwar l-Ewropa Soċjali u Moderna. Il-preżentazzjoni saret waqt laqgħa tal-Bureau tal-PPE fi Bratislava.
Bħala Kordinatur tal-Affarijiet Soċjali u tal-qasam tax-Xogħol, David Casa hu l-Kelliem prinċipali għal dan is-settur fi ħdan il-PPE, li hu rappreżentat minn 217-il Membru Parlamentari Ewropew.
L-MEP Nazzjonalista stqarr li fl-aħħar xhur mexxa proċess ta’ konsultazzjoni mal-MEPs u ma’ korpi oħra konċernati bil-għan li jfassal pożizzjoni komuni li tistabbilixxi dak li għandu jintlaħaq mill-politika tal-Unjoni Ewropea għall-qasam soċjali. Qal li dan il-proċess issa wasal fi tmiemu, se jiġi diskuss u se jittieħed vot dwaru aktar tard fi ħdan il-Grupp tal-PPE.
Jekk ir-Rapport ta’ David Casa jiġi adottat, dan se jservi bħala qafas li jiggwida l-inizjattivi ta’ MEPs oħrajn fi ħdan il-PPE fil-qasam tal-Politika Soċjali. Dwar dan, Casa qal li jħossu onorat li ġie fdat b’dan ir-Rapport, filwaqt li jħares ‘il quddiem lejn dibattitu kostruttiv qabel il-vot.
//= $special ?>