Ir-residenti ta’ Marsaxlokk inħasdu fil-5 ta’ dalgħodu meta kienu sfurzati jqumu b’ħsejjes qawwija li aktarx kienu ġejjin mill-power station.
L-istorbju, li jinstema’ fil-filmat t’hawn fuq, kien irrekordjat f’filmat minn resident u li ntbgħat lil netnews.com.mt.
“Il-ħoss ġej mill-power station. Beda fil-5 ta’ filgħodu u dam għal ħin twil, madwar siegħa” qalilna dan ir-resident li żied li “din hija l-ewwel darba li smajt dan l-istorbju f’dak il-ħin tal-ġurnata”.
Ir-resident ma naqasx milli jistaqsi jekk il-power station il-ġdida hijiex se tkun qed tagħmel l-istess storbju ladarba tkun lesta.
//= $special ?>

