Għada mistennija jitħabbru d-dettalji mill-inkjesta Maġisterjali li saret dwar l-inċident f’Paqpaqli għall-Istrina.
L-inkjesta, li tmexxiet mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, intemmet fl-aħħar jiem u netnews.com.mt jinsab infurmat li r-riżultat ta’ din l-inkjesta se jkun ippubblikat għada, ftit aktar minn erba’ xhur wara li seħħ l-inċident.
L-inċident seħħ il-Ħadd 4 t’Ottubru 2015 u fih kienu weġġgħu 26 persuna meta ‘supercar’ tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fin-nies li kienu qed isegwu l-ispettaklu.
Erba’ persuni kienu fil-periklu tal-mewt minħabba l-ġrieħi gravi li sofrew.
Mill-inkjesta jrid joħroġ jekk sarx ‘risk assessment’ qabel l-attività, u jekk sar, jekk l-organizzaturi mxewx ma’ dak rakkomandat, u jekk dawk li ndarbu humiex intitolati għal xi forma ta’ kumpens.
L-inċident qed ikun meqjus bħala l-agħar inċident tal-massa li qatt seħħ.
//= $special ?>

