Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma qalx fil-Parlament kemm ingħataw ċitazzjonijiet f’Ottubru, f’Novembru u f’Diċembru 2015 f’kull lokalità, meta mqabbla mal-istess xhur tas-sena 2014 u s-sena ta’ qabel 2013.
Għall-mistoqsija tal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjoanlista, David Agius, il-Ministru Owen Bonnici wieġeb li l-informazjoni għadha qed tinġabar.
Fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, il-Gvern beda jħaddem sistema ġdida ta’ infurzar lokali wara li waqqaf Aġenzija li fiha ħatar lill-eks-Aġent Kummissarju tal-Puliizja Ray Zammit biex imexxi dan l-infurzar lokali.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma ngħatax risposta mill-Ministru Owen Bonnici meta fil-Parlament talbu jgħid għaliex żamm lill-eks-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit bħala Kap tal-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali meta hu kien involut f’diversi skandli li ma jagħmlux ġieħ din il-kariga.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien staqsa lill-Ministru jagħti spjega kif qiegħed iżomm bħala Kap tal-Aġenzija lil Ray Zammit meta dan tneħħa wara l-cover-up li kien hemm tal-eksxufier tal-eks-Ministru Manuel Mallia, instab li l-familjari ta’ Ray Zammit kienu involuti f’negozju ma’ Gaffarena li wkoll hu involuti fi skandli kbar, u akkwista tliet plots għal €18,000.
L-Oppożizzjoni kienet spjegat li dawn kollha jagħtu messaġġ ċar li l-aħħar ħaġa li jista’ jiġi fdat biha hi li jinforza l-liġi. Staqsa kif jista’ l-Gvern iżomm lil Ray Zammit f’post meta wera li mhux għall-altezza tal-kariga.
//= $special ?>