Numru ta’ ħaddiema ta’ Palumbo Shipyard, organizzaw protesta għal ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar. Dan hekk kif il-folla tal-ħaddiema inġabru ftit il-barra mill-post tax-xogħol tagħhom fil-limiti ta’ Raħal Ġdid. Il-ħaddiema stqarru li l-protesta kienet waħda kontra l-ilmenti tar-residenti li ġew ippublikati f’gazzetta lokali, hekk kif dawn ir-residenti qegħdin jipperikolaw il-post tax-xogħol tagħhom.
Huma stqarru li l-protesta kienet sabiex jiddefendu lill-impjegant tagħhom tas-settur privat, hekk kif dawn ir-residenti kienu diġa’ ilmentaw fiż-żmien li huma kienu impjegati tal-Gvern.
Ir-residenti tal-madwar ilmentaw li l-kumpanija Palumbo Shipyard kienet qegħda topera fil-ħinijiet ta’ matul il-lejl u għaldaqstant il-ħsejjes kienu ta’ inkonvenjent. Huma komplew li billi stqarru li apparti l-ħsejjes, kien qiegħed ikun hemm tniġġis fl-ajru li jipperikola s-saħħa tar-residenti tal-madwar.
//= $special ?>

