Lokali

Pulizija li ma kienx xogħol jevita traġedja waqt ġlieda

Arkivji

Ilbieraħ filgħaxija, Pulizija li ma kienx xogħol intervjena fi ġlieda bejn żewġ persuni fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex.

Il-ġlieda seħħet għall-ħabta tas-7pm u fiha kienu nvoluti raġel ta’ 68 sena u ieħor ta’ 65 sena, it-tnejn mill-Imsida.

Waqt il-ġlieda, ir-raġel ta’ 68 sena ħareġ sikkina. Kien f’dan il-mument li l-Pulizija, li dak il-ħin ma kienx xogħol, mar fuq ir-raġel u ħadlu s-sikkina minn idu qabel ma għen biex l-argument ikkalma.

Aktar tard, waslu fil-post il-Pulizija tad-Distrett, li qed jinvestigaw il-każ.