Raġel ta’ 65 sena miet f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr. Il-każ seħħ ilbieraħ, ftit qabel il-11pm, fi Triq San Filippu.
NETnews.com.mt jinsab infurmat illi għadu jrid jiġi stabbilit jekk is-sewwieq ħassux ħażin u miet qabel il-ħabta. Fil-fatt, il-karozza baqghet diehla f’hajt qrib l-ghassa tal-Pulizija.
Jidher li ma kienx hemm persuni oħra involuti f’dan l-inċident.
Il-Pulizija fi stqarrija ikkonfermaw li r-ragel kien qed isuq vettura tat-tip Peugeot. Hu habat ma’ karozza Ford li kienet ipparkjata, ma’ ħajt u spcca ma’ arblu.
Fil-post issejħet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei. Sfortunamanet ir-raġel ġie iċċertifikat mejjet fil-post.
//= $special ?>

