Internazzjonali

Arrestat f’Messina wara mħatri llegali b’rabta ma’ Malta

Il-Pulizija f’Messina arrestaw persuna li b’mod illegali kien qed jilqa’ mħatri onlajn permezz ta’ sit tal-internet irreġistrat f’Malta. Ġew sekwestrati wkoll numru ta’ oġġeti, fosthom kompjuter li kien qed jintuża għal dan l-iskop.

Jirriżulta li dawn l-illegalitajiet kien ilhom għaddejjin u kienu popolari hekk kif il-Pulizija sabu numru kbir ta’ irċevuti ta’ mħatri sportivi li saru permezz ta’ bookmakers Maltin mingħajr il-konċessjoni neċessarja.

Jirriżulta li l-arrestat kien qed imexxi dan kollu minkejja li kellu wkoll liċenzja preskritta u qed ikun akkużat bi ksur ta’ liġijiet amministrattivi għal total ta’ madwar €10,000.