Il-Ħadd fl-4pm jispikka l-konfront tal-ġimgħa mill-għoxrin ġurnata tal-Kampjonat Premier bejn B’Kara u Floriana. Dan il-konfront jintlgħab fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’Qali.
Konfront ieħor li mistenni jkun missielet u interessanti u li se jintgħab il-Ħadd, din id-darba fis-2pm u fil-Hibernians Stadium, hu dak bejn Pembroke Athleta u Valletta.
Il-Ħadd ukoll u fil-Hibernians Stadium, Sliema Wanderers jilgħabu kontra Balzan fl-4pm.
F’partita oħra tal-Ħadd, fis-2pm fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Mosta jilgħabu kontra Tarxien Rainbows.
Dawn is-servizzi dehru f”Replay Preview tal-Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television. Dan il-programm hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>