Lokali

Il-Medavia se terġa’ tibda topera t-titjiriet bejn Malta u l-Libja

Il-linja tal-ajru Medavia se tkun qed terġa’ tibda tibda t-titjiriet bejn Malta u l-Libja wara waqfa ta’ madwar tlett xhur. L-aħbar kienet żvelata minn sit tal-aħbarijiet Libjan.

It-titjiriet mistennija jerġgħu jibdew joperaw mill-1 ta’ Frar, jiġifieri minn nhar it-Tnejn li ġej wara awtorizazzjoni mill-awtoritajiet Maltin.

Il-linja tal-ajru kienet intalbet tissospendi t-titjiriet tagħa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn il-Libja għal madwar tlett xhur minħabba tħassib dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.