Lokali

Ingliż li jgħix f’Malta arrestat wara li pprova jimporta d-droga bil-posta

Ingliż li jgħix Malta u li għandu 24 sena ġie arrestat wara li fil-jiem li għaddew huwa ipprova jimporta ammont ta’ droga kannabis bil-posta.

Tfittxijiet li saru mill-Pulizija ġewwa r-residenza tar-raġel taw eżitu posittiv u nstabu sustanzi illeċiti oħrajn, b’mod partikolari MDMA jew kif inhi magħrufa aħjar bħala ecstasy.

Il-ka kien skopert wara ħidma konġunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-Uffiċjali tad-Dwana u nstabu wkoll oġġetti oħra li jindikaw li d-droga misjuba kienet se tiġi traffikata.

Ir-raġel ser jitressaq il-Qorti aktar tard illum.