It-Turkija qalet li ajruplan tal-qawwiet tal-ajru Russi abbuża l-ispazju tal-ajru tagħha, bit-Tmexxija Torka ma ddumx biex tfittex ‘spjegazzjoni’ mingħand l-Ambaxxatur Russu għal Ankara.
Sadanittant, il-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan, wissa li r-Russja ‘għandha tiffaċċja l-konsegwenzi dment li tkompli b’dawn l-abbużi’.
It-tensjoni bejn Ankara u Moska ilha għolja mindu t-Turkija, f’Novembru, waqqgħet ajruplan Russu li kien abbuża l-ispazju tal-ajru tagħha qrib il-fruntiera mas-Sirja. Ir-Russja qed twettaq attakki mill-ajru fis-Sirja biex tappoġġja lit-truppi tal-Gvern leali għall-President Sirjan Bashar al-Assad, bl-azzjonijiet jikkonċentraw qrib il-fruntiera Torka.
L-ajruplan Russu li qed jingħad li ‘abbuża l-ispazju tal-ajru tat-Turkija’ kien imfisser bħala Su-34. It-Turkija ħarġet ukoll stqarrija fejn qalet li esprimiet ‘protesta qawwija u kundanna għall-inċident’ mal-Ambaxxatar Russu f’Ankara.
//= $special ?>