Ir-raġel li kien f’qagħda kritika wara ġlieda fis-Swieqi qaleb għall-aħjar.
Il-ġlieda seħħet is-Sibt filgħodu bejn numru mhux magħruf ta’ rġiel deskritti bħala ta’ nisel Għarbi f’appartament fi Triq is-Sidra fis-Swieqi u ħalliet Libjan ta’ 25 sena f’qagħda kritika.
Wara l-ġlieda, ir-raġel ferut telaq mill-post biex ifittex għajnuna iżda mbagħad instab fi Triq il-Keffa mixħut mal-art f’għadira demm għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu.
Matul il-bankina tal-istess triq wieħed seta’ jinnota wkoll ammont ta’ taqtir ta’ demm, b’għadajjar ta’ demm fit-triq, inkluż maġenb karozza tat-tip Mazda b’għafsa fuq in-naħa ta’ quddiem, allegatament fejn ir-raġel serraħ qabel intilef minn sensieh.
Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea kienet infurmata bil-każ u ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. Nnumru ta’ persuni qed jiġu nterrogati mill-Pulizija.
//= $special ?>



