Lokali

Erba’ arrestati f’Paceville wara qabda droga

F’ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd, f’Paceville ġew arrestati erba’ persuni li fil-pussess tagħhom instabet sustanza suspettata kokaina kif ukoll ecstasy.

L-eta` taż-żgħażagħ li ġew arrestati tvarja bejn l-25 u s-26 sena u huma residenti l-Fgura, is-Siġġiewi, Santa Venera u l-Gudja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.